Laqgħa Ġenerali Annwali 2022
30/05/2022
Avviż Laqgħa Ġenerali Annwali 2022
Għażiż/a Membru
Permezz ta’ dan l-avviż, skont id-dispożizzjonijiet ta’ artiklu 4 f’Kapitlu VII tal-iStatut ta’ Valletta Football Club, qiegħed ninfurmak li ser issir Laqgħa Ġenerali Annwali nhar it-Tnejn 13 ta’ Ġunju 2022 fis-7.15pm ġewwa s-Sala San Duminku l-Belt Valletta għall-membri kollha. Jekk ma jkunx hemm kworum, il-laqgħa tibda nofs siegħa tard.
L-aġenda tal-Laqgħa:
i. Verifikazzjoni u kompozizzjoni tal-laqgha għal dawk eliġibbli għal vot
ii. Ħatra ta’ kummissjoni elettorali
iii. Minuti ta l-aħħar Laqgħa Ġenerali tat-Tnejn 14 ta’ Gunju 2021
iv. Rapport Amministrattiv 21/22
v. Diskors fuq il-qagħda prezenti tal-Club
vi. Elezzjoni: Tal-President tal-Club
vii. Elezzjoni: Ta’ Segretarju tal-Club
viii. Elezzjoni ta’ Tezorier tal-Club
ix. Elezzjoni ta’ 2 (żewġ) Viċi presedenti
x. Elezzjoni ta’ Membri Ordinarji tal-Kumitat ta’ Valletta FC għal staġun 22/23
xi. Mozzjonijiet u /jew emendi għal istatut
xii. Elezzjoni
Is-Segretarji Ġenerali tal-Club ħa jkun il-kazin nhar l-Erbgħa 8 ta’ Ġunju kif ukoll il-Ħamis 9 ta’ Ġunju mill-5pm – 7pm biex jilqa’ n-nominazzjonijiet kemm għal uffiċjali kif ukoll għal memebri ordinarji.
Tista’ ukoll tintbgħat email bid-dettalji ta’ dawk li jixtiequ jikkontestaw fuq generalsecretary@vallettafc.net
Inselli Għalik
Joe Attard
Segretarju Ġenerali
Valletta F.C.