Stqarrija Stampa – FA Trophy Valletta vs Floriana
13/05/2022
12 ta’ Mejju 2022
Stqarrija għall-lstampa
Il-kumitati tal-klabbs ta’ Valletta FC u Floriana FC, fi stqarrija konġunta jixtiequ jwasslu messaġġ uniku lill-partitarji Ii nhar il-Ħadd 15 ta’ Mejju se jattendu għall-Finali tal-lZIBET FA Trophy bejn iz-żewġ timijiet.
lż- żewġ klabbs jixtiequ javżaw Ii:
1. L-ebda partitarju m’gnandu jidhol fiż-żona tal-pitch fl-ebda mument tal-partita jew wara. lfakkru Ii f’każ Ii dan jiġri, huma I-klabbs infushom Ii jesponu ruħhom għal sanzjonijiet dixxiplinarji serji. Barra minn hekk, kwalsiasi individwi responsabbli jkunu qegħdin iwettqu reat Ii jwassal għal proċeduri kriminali.
F’każ Ii xi partitarji jaqbżu fil-pitch qabel iċ-ċerimonja tal-prezentazzjoni tal-lZIBET FA Trophy lir-rebbieħa, il-preżentazzjoni ma ssirx qabel dawn I-istess partitarji jkunu ħargu mill-pitch.
lż-żewġ klabbs jixtiequ jfakkru Ii I-ħġieġ Ii jissepara I-istands mill-pitch huwa maħsub biex ma jitilgħux nies fuqu. lt-tixbit miegħu jista’ jkun ta’ periklu Ii wieħed ikorri.
lfakkru Ii ħadd ma għandu jdaħħal fl-istadium sufarelli jew xi tip ta’ logħob tan-nar ieħor. Minbarra Ii dawn huma kontra I-ligi, jistgħu jikkawżaw korriment jew ħsarat.
Il-klabbs huma responsabbli tal-aġir tal-partitarji tagħhom u għalhekk iridu jħallsu għad-danni kollha relatati ma’ kwalunkwe ħsara Ii ssir fil-proprjeta tal-Malta FA.
IL-Kumitati jitolbu l-koperazzjoni tal-partitarji u tal-pubbliku inġenerali fil-ħarsien ta’ dawn l-istruzzjonijiet u jitolbu sabiex kulħadd jaġixxi b’responsabbilta biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u s-sigurta ta’ kulħadd.
lfakkru Iii kulħadd biex jieħu gost u jiċċelebra fi spirtu sportiv.
Grazzi
Joe Attard
Segretarju Ġenerali