Laqgħa Ġenerali Annwali 2021
03/06/2021
Għażiż/a Membru
Permezz ta’ dan l-avviż, skont id-dispożizzjonijiet ta’ artiklu 4 f’Kapitlu VII tal-iStatut ta’ Valletta Football Club, qiegħed ninfurmak li ser issir Laqgħa Ġenerali Annwali nhar it-Tnejn 14 ta’ Ġunju 2021 fis-6.30pm. Jekk ma jkunx hemm kworum, il-laqgħa tibda nofs siegħa tard.
Minħabba il-miżuri nazzjonali fis-seħħ relatati mal-pandemija COVID-19, din il-laqgħa ser terġa’ tiġi organiżżata b’mod virtwali. Sabiex tirreġistra l-interess tiegħek li tattendi, żur www.vallettafc.mt u daħħal id-dettalji tiegħek hemmhekk. Wara li id-dettalji jiġu ivverifikati, ftit qabel il-bidu tal-laqgħa ser tirċievi link minn fejn tkun tista’ ssegwi. Dan qiegħed isir sabiex jiġi assigurat li intom il-membri biss ikollkom aċċess għall-kontenut tal-laqgħa.
P.S. Importanti li meta taċċessa l-laqgħa, jintuża l-isem tal-persuna kif inhu fuq il-membership card u l-ebda isem/laqam ieħor.
L-aġenda tal-Laqgħa qiegħda tiġi ikkomunikata hawn taħt:
i. Minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali
ii. Rapport Amministrattiv
iii. Diskors mill-President
iv. Approvazzjoni jew Tibdil fl-iStatut
v. Ħatra tal-Kummissarju Elettorali
vi. Elezzjoni
vii. Affarijiet Oħra
viii. Għeluq
Kif stajtu issegwu fil-ġimgħat li għaddew, qed issir ħidma intensiva sabiex il-Club tagħna jevolvi. Biex dan iseħħ, hemm bżonn ta’ bidliet mhux żgħar u għaldaqstant nitolbukom tipparteċipaw sabiex flimkien – b’kuraġġ u b’entużjażmu – inkomplu naħdmu biex nassiguraw futur sabiħ għal Valletta Football Club.
Nirringrazzjak bil-quddiem tal-interess u l-parteċipazzjoni tiegħek.
Inselli Għalik
Joe Attard
Segretarju Ġenerali
Valletta F.C.